“Jekk ma niġbrux biżżejjed flus ikollna nagħlqu l-istitut” – NGO Maltija f’Madagascar

Arnaud Guesry Foundation
Arnaud Guesry Foundation / Facebook

Read in English.

L-għaqda Maltija Guesry Arnaud Foundation qed tagħmel appell għad-donazzjonijiet sabiex tkun tista’ tibqa’ tgħin lin-nies fil-bżonn f’Madagascar.

L-Arnaud Guesry Foundation tmexxi l-istitut bl-isem La Maison d’Arnaud f’Madagascar, fejn bħalissa joqogħdu mat-30 tifel u tifla. Lil dawn it-tfal jipprovduhom b’edukazzjoni, b’ikel u b’għajnuna għal saħħithom, kemm fiżikament u anke mentalment.

Minħabba l-effetti tal-pandemija, l-NGO qed tibża’ li se jkollha tagħlaq dan l-istitut. Hija spjegat li l-ġnien li għandhom jgħinhom jibqgħu jipprovdu lit-tfal bl-ikel, imma l-ħaddiema tagħhom jeħtieġu aktar sapport sabiex ikunu jistgħu jmorru għax-xogħol b’mod sigur f’dawn iż-żminijiet diffiċli.

Jekk jagħlaq l-istitut, aktar minn 30 tifel u tifla jintbagħtu madwar 1,500 kilometru ‘l bogħod, u jitilfu l-kuntatt mal-familja u mal-komunità tagħhom.

L-Arnaud Guesry Foundation appellat għall-għajnuna tan-nies, pereżempju billi jisponsorjaw lil xi tifel jew tifla. Hija trid tilħaq €20,000 biex jirnexxilha tkampa f’dawn iż-żminijiet ibsin. S’issa ġabret €110.

Jekk tixtieq tgħin lil dawn it-tfal agħfas hawn.