Għal din l-edizzjoni ta’ LET’S CHAT, Frederick Zammit għamel kuntatt ma’ Miriam Christine wara li fl-aħħar ġranet stqarret pubblikament li reġġgħet daħlet fi studjow biex tirrekordja, wara li bħal kulħadd għamlet perjodu ta’ żmien maqfula d-dar.
Xi jfisser għaliha li qed terġa’ tirrekordja u x’inhu l-proġett li qed taħdem fuqu?
Miriam Christine titkellem ukoll dwar l-esperjenza tagħha f’Diċembru li għadda fil-Palestina, kif ukoll dwar l-aktar album riċenti tagħha Dil-Mara. Ma tonqosx li titkellem ukoll fuq il-Eurovision Song Contest li din is-sena ma sarx minħabba fil-pandemija tal-Covid-19.
Miriam Christine taqsam ukoll ftit ħsibijiet dwar il-lingwa Maltija, dwar uliedha kif ukoll dwar proġetti oħra li tixtieq taħdem fuqhom fiż-żmien li ġej.
Segwi l-intervista sħiħa fil-filmat f’din il-paġna.
Muntaġġ: Sarah Salafia.