“Jekk ma jonqsux l-immigranti se jogħlew it-tariffi fuq l-importazzjoni” – Trump

Reuters

Il-President Amerikan Donald Trump qal li se jimponi tariffa fuq dak kollu li jidħol fl-Istati Uniti minn Messiku jekk in-numru ta’ immigranti illegali ma jonqosx. Trump wiegħed li t-tariffa tibda minn 5% u tibqa’ togħla.

Din il-mossa tal-President Amerikan teskala l-battalja tiegħu kontra l-eluf ta’ immigranti li jidħlu fl-Istati Uniti jfittxu l-ażil, fosthom bosta familji mill-Amerka tan-Nofs li jkunu qegħdin jaħarbu mill-għaks u l-vjolenza.

Din l-aħbar ixxukkjat lill-investituri li qed jibżgħu li dan jaf ikun ta’ dannu għall-ekonomija globali. Il-valur tal-peso Messikan niżel skont l-indiċi tal-istokk Amerikani u Ażjatiċi.

Trump ħabbar dan fuq Twitter, u din l-aħbar tqieset bħala sfida lill-President Messikan Manuel Lopez Obrador, u ħasdet lill-Gvern Messikan.