Jekk l-ajruplani jtiru fil-baxx fuq id-dar tiegħek…

Ix-xjentisti qed jgħidu li jekk l-ajruplani jtiru fil-baxx fuq id-dar tiegħek, dan jista’ jwassal għad-dijabete.
Xjentisti fl-Istitut tas-Saħħa Pubblika f’Basel, l-Isvizzera spjegaw li r-residenti li huma esposti għall-ħoss tal-ajruplani għandhom 86% iktar ċans li jkollhom it-tip 2 tal-kundizzjoni.
Huma studjaw 2,600 adult u adulta biex jistabbilixxu l-effetti tal-istorbju u t-tniġġiż fl-ajru.
Ir-riżultati ġew ippublikati fl-International Journal of Epidemiology.
Ir-riżultati tax-xjentisti juru li l-istorbju tal-ajruplani jħalli effett ħażin ħafna fuq il-metaboliżmu tal-ġisem u dan iżid b’mod qawwi z-zokkor fid-demm.
Jispjegaw li meta l-istorbju jtellef l-irqad, dan iħalli effett ħażin fuq is-saħħa u jissuġġerixxu li mal-lejl persuna tagħlaq it-twieqi sew, biex torqod tajjeb.
Skont il-Kummissjoni Ewropea, aktar minn 700,000 persuna huma affetwati mill-istorbju tal-ajruport ta’ Heathrow f’Londra biss.