Passiġġier Olandiż, li tela' abbord l-ajruplan li llejla ġġarraf fl-Ukraina, ħa ritratt tal-ajruplan qabel dan telaq minn Schipol.
Ir-raġel poġġa r-ritratt fuq Facebook bil-kumment: "Jekk jisparixxi, dan hu kif kien jidher minn barra."
Ir-referenza fil-kumment kienet għat-titjira tal-Malaysia Airlines li għebet fit-8 ta' Marzu b'239 persuna abbord.
Ir-rapport dwar dan ir-ritratt deher fuq il-gazzetta "De Telegraaf".