Jekk jinteressak il-Malti, din għalik!

Martin Morana, gradwat b’Baċellerat fl-Arti fl-Istorja mill-Università ta’ Malta, bħalissa qed jagħmel proġett dwar it-Tradizzjoni Orali. Hu se jkun qed jagħmel taħdita fuq il-“Faħam Miblul tal-Espressjonijiet” ġewwa l-librerija tal-Fakultà tal-Arti fl-Università ta’ Malta nhar it-Tlieta fis-6:00pm.

It-taħdita se tkun qed tiffoka fuq in-nisel ta’ ċerti termini u espressjonijiet li l-kelliem stess kiteb dwarhom fit-tliet kotba li ppubblika u dwar kliem ġdid ieħor li skopra dan l-aħħar minn diversi sorsi.

Morana se jkun qed juri kif ċertu kliem sar parti mil-lingwaġġ, u kif kultant bidel it-tifsira tiegħu tul is-sekli.