Jekk iżżomm lil uliedek bħala ħbieb qed tagħmlilhom il-ħsara

Ġenituri li jaġixxu ta’ ħbieb ta’ wliedhom minflok ta’ ġenituri qed jagħmlu aktar ħsara milli ġid.
Dan qalitu l-Psikjatra Marcia Sirota. Skontha li tħobb lil uliedek ma jfissirx li għandek tkun il-ħabib tagħhom. Dan hekk kif it-tfal diġà għandhom ħbieb u f’ħajjithom jeħtieġu l-irwol tal-ġenituri, biex ikollhom gwida, struttura u min iżommilhom id-dixxiplina. Spjegat li dan ma jfissirx li l-ġenituri m’għandhomx juru l-imħabba lit-tfal u ma jipproteġuhomx.
Marcia Sirota tenniet li l-idea tal-ġenituri biex jidhru cool magħhom qed twassal biex it-tfal ma jkollhomx rispett lejn il-ġenituri tagħhom u ma jisimgħux minnhom.
Dan qed iwassal biex it-tfal iduru fuq sħabhom meta jkollhom bżonn parir u jżommu lil sħabhom bħala mudell. Sostniet li sħabhom mhux kapaċi jagħtu pariri għax m’għandhomx esperjenza u qisek għandek l-għomja jmexxu lill-għomja.
Din l-attitudni tal-ġenituri tista’ twassal wkoll biex it-tfal jaqgħu f’deprezzjoni u anzjetà meta jilħqu l-etàtal-adolexxenza.
Il-Psikjatra temmet tgħid li t-tfal jirrispettaw aktar lill-ġenituri meta dawn jaġixxu bħala ġenituri.