Jekk itextixlek ir-radju nhar l-Erbgħa

L-Awtorità tax-Xandir tavża li qed isiru xogħlijiet fuq it-torri tal-Għargħur u b’hekk xi semmiegħa jista’ jkollhom problema ta’ trażmissjoni  tar-radju matul il-ġurnata tal-Erbgħa 12 ta’ Settembru.

L-Awtorità tirrimarka li matul ix-xogħol il-qawwa tat-trażmissjoni se titnaqqas għal raġunijiet ta’ sigurtà u b’hekk is-semmiegħa jistgħu jesperjenzaw sinjal fqir fis-settijiet tar-radju tagħhom u għalhekk l-Awtorità tiskuża ruħha għal kull inkonvenjent.