Jekk ismek għadu ma jidhirx fir-Reġistru Elettorali

Il-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali qed javża li d-data tal-għeluq għar-Reġistri Elettorali għall-Elezzjonijiet Ġenerali, għall-Kunsilli Lokali u għall-Unjoni Ewropea riveduti, hija l-31 ta’ Marzu, 2019.

Il-persuni kollha ta’ nazzjonalità Maltija u tal-Unjoni Ewropea li għandhom 16-il sena u fuqhom u li isimhom ma jidhirx fir-Reġistru Elettorali ppubblikat f’Ottubru 2018, u li għadhom m’applikawx għar-reġistrazzjoni bħala votanti, jistgħu japplikaw, ladarba jkollhom il-kwalifiki neċessarji. Il-votanti li jirreġistraw għandhom jaraw li l-partikolaritajiet personali tagħhom ikunu korretti. Jekk hemm bżonn ta’ xi tibdil f’dawn il-partikolaritajiet, il-votanti għandhom jinfurmaw lill-Uffiċċju Elettorali.

Kull min jixtieq japplika għar-reġistrazzjoni bħala votant jew jixtieq jagħmel xi tibdil fir-Reġistru Elettorali, għandu jagħmel dan billi japplika għall-karta tal-identità elettronika. Il-Kummissjoni Elettorali tixtieq tfakkar lill-pubbliku bil-faċilità onlajn fejn wieħed jista’ jara jekk hux irreġistrat bħala votant fl-aħħar Reġistru Elettorali ppubblikat.