“Jekk ir-reputazzjoni ta’ Malta nġibuha fejn jixirqilha nkun għamilt suċċess”

Il-kandidat għall-mexxej tal-Partit Laburista Chris Fearne qal li jqis li jkun għamel suċċess jekk taħt it-tmexxija tiegħu r-reputazzjoni ta’ Malta tkun fejn jixirqilha.

Fearne qal dan waqt intervista ma’ Newsbook.com.mt. Id-Deputat Prim Ministru qal li jixtieq jaqta’ l-faqar f’Malta u li kulħadd ikun qed jgħix ħajja diċenti.

Iddeskriva lilu nnifsu bħala bniedem strett u onest.

L-intervista sħiħa ma’ Fearne saret fl-20 ta’ Diċembru.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li Gvern immexxi minnu ma jdaħħalx l-abort f’Malta.

L-Amministrazzjoni tal-PL iddiskutiet lill-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri imma mhux lill-Ministru Konrad Mizzi, skont il-kandidat.