Jekk intolleranti għall-ħalib, tiħux dan il-prodott

Persuni li huma allerġiċi jew intolleranti għall-ħalib għandhom joqogħdu attenti li ma jikkunsmawx il-prodott Salame Classico tad-ditta Fiorucci. Dan l-avviż ħareġ mid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika minħabba li fil-prodott instab ingredjent tal-ħalib li mhux indikat fit-tikketta.

In-numru tal-lott tal-prodotti li qed issir referenza għalihom kif ukoll id-dati ta’ meta jiskadu huma:

  • 9050196000  – 13/10/2019,
  • 9050224000 – 10/11/2019,
  • 9050233000 – 19/11/2019,
  • 9050246001 – 02/12/2019.