Aġġornata: Tinkwetax jekk int student u għadek ma rċivejtx il-€100

L-istudenti universitarji sebħu b’aħbar tajba dalgħodu meta sabu €100 fil-kont bankarju tagħhom li ma kinux qed jistennewhom.

L-Uffiċċju tal-Istipendji qal lil Newsbook.com.mt li din l-għotja hija żieda fil-Maintenance Grant li jingħataw l-istudenti universitarji kollha fil-bidu tas-sena akkademika, u din hi waħda mill-wegħdiet tal-baġit.

Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Edukazzjoni qal li din il-miżura mill-baġit kellha tiġi implimentata s-sena d-dieħla imma ġiet implimentata qabel iż-żmien. Min għadu ma rċeviex din iż-żieda għandu jirċeviha fil-jiem li ġejjin.