Jekk int omm… din tinteressak

Ritratt: Arkivji

Għada l-Ħadd fl-10:15am se tkun qed tiġi organizzata quddiesa u barka għall-ommijiet li waslu biex iwelldu.

Din se tkun qed tiġi organizzata mill-Grupp Familji Nsara ta’ Wied il-Għajn, fil-Parroċċa stess. Għal din il-quddiesa huma mistiedna wkoll l-ommijiet li welldu tarbija fix-xhur li għaddew, kif ukoll il-familjari tagħhom biex jingħaqdu flimkien u jirringrazzjaw lil Alla tad-don tal-ħajja.