Jekk int minn Baħar iċ-Ċagħaq u trid tuża l-posta…

MaltaPost infurmat lill-pubbliku li s-Sub Uffiċċju tal-Posta, ‘Allstat Stationary’ li jinsab fit-Triq il-Lampara, Baħar iċ-Ċaghaq, se jkun magħluq bejn il- 11 ta’ Jannar u l-14 ta’ Jannar.

F’dawn il-ġranet, il-pubbliku jista’ juża s-servizzi postali fil-fergħa tal-posta tan-Naxxar li tinsab fiċ-Ċentru Ċiviku, Vjal il-21 ta’ Settembru.