Jekk int kittieb, editur jew pubblikatur tista’ tirċievi €5,000

Jekk int kittieb, editur jew pubblikatur tista’ tirċievi €5,000 mill-Fond Malti tal-Ktieb li huwa amministrat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Il-Fond għandu valur totali ta’ €40,000 u huwa kompost minn żewġ tipi ta’ għotjiet – għotjiet għall-pubblikazzjoni u għotjiet għall-edukazzjoni. Kull għotja ġġorr fond massimu ta’ €5,000.

Fil-paġna tal-Fond Malti tal-Ktieb wieħed jista’ jniżżel l-applikazzjoni, kif ukoll linji-gwida u l-kriterji tal-aġġudikazzjoni u informazzjoni utli oħra.

Għotjiet għall-pubblikazzjoni għandhom l-għan li jissussidjaw il-pubblikazzjoni ta’ kotba tal-Melitensia, jew f’forma stampata jew bħala ebooks. Preferenza tingħata lil proġetti ambizzjużi ta’ kontenut kulturali għoli u ta’ rilevanza għas-soċjetà Maltija, speċjalment meta dawn il-proġetti jistgħu ma jkunux kummerċjalment vijabbli minħabba l-limitazzjonijiet tas-suq lokali tal-ktieb.

L-applikazzjonijiet jagħlqu l-Ġimgħa, 18 ta’ Frar 2019 f’nofsinhar.