Jekk int impjegat fis-settur turistiku…

Persuni impjegati fis-settur turistiku se jingħatalhom iċ-ċans li jkabbru l-għarfien tagħhom u jiksbu kwalifiki akkreditati.
Dan hekk kif tnediet l-inizjattiva ‘Recognition for Prior Learning’ fl-Istitut tal-Istudji Turistiċi (ITS).
Il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis qal li din l-inizjattiva mhix se tagħti sempliċement valur formali lix-xogħol miksub mis-suċċess tal-industrija, iżda se tirreġistra s-suċċess tal-kwalifiki professjonali akkreditati permezz ta’ korsijiet mogħtija mill-ITS. 
DOI – Jason Borg