“Jekk insibu mod, nibdlu l-kontijiet tad-dawl”

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li jekk jinstab mod kif titjieb is-sistema tal-kontijiet tad-dawl, il-Gvern lest li jagħmel il-bidliet amministrattivi.
Dr Muscat kien qed jitkellem waqt il-ftuħ tal-attivitajiet tal-ġimgħa ddedikata lis-servizz pubbliku. Fisser li bħalissa qed issir analiżi tas-sistema li biha jinħarġu l-kontijiet.
L-allegat skandlu fuq il-kontijiet tal-ARMS tela’ fil-wiċċ aktar kmieni dan ix-xahar.
Il-Ministru għall-Enerġija Joe Mizzi kien talab li ssir investigazzjoni.
Waqt il-programm Newsline fuq RTK 103FM, l-ekonomista ambjentali Marie Briguglio qalet li hemm min qed iħallas il-kont tad-dawl bir-rata ‘tal-kastig’ ta’ 60 ċenteżmu kull unit, meta ma jkunx ħaqqu.
Is-suġġett se jkompli jiġi diskuss għada waqt il-programm Newsline fuq RTK 103FM li jixxandar kull nhar ta’ Sibt bejn l-10am u nofsinhar.
Ritratt: DOI – Kevin Abela