Ir-riserva tad-demm O Positive tinsab f’livell baxx ħafna. Għaldaqstant, iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm qal li japprezza li min hu f’saħħtu jsib il-ħin biex jersaq biex jagħti d-demm, possibbilment illum stess.
Iċ-Ċentru fakkar ukoll li dawk li jaħdmu maċ-Ċivil jistgħu jersqu biex jagħtu d-demm waqt il-ħin tax-xogħol, bil-permess tad-diriġent tal-post tax-xogħol.
Illum iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa se jkun miftuħ sas-6pm.