Jekk għandek pensjoni tal-Awstralja eżentat minn aktar taxxa

Il-pensjonanti li għandhom pensjoni tal-Awstralja se jiġu eżentati milli jħallsu taxxa addizzjonali u interessi dovuti. Huma se jkunu qed iħalsu biss multa ta’ €20 ta’ darba minflok.

Dawk il-pensjonanti li diġa’ ħalsu l-multa se jkunu qed jieħdu flushom lura bil-post jew dirett fil-kont bankarju tagħhom.

Dan tħabbar mill-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna fi stqarrija fejn qal ukoll li dawk li diġa’ bagħtu l-formola se jkollhom il-kont aġġustat u se jingħataw sena ċans biex iħallsu t-taxxa dovuta. Filwaqt li dawk li għadhom ma mlewx il-formla tat-taxxa se jingħataw xahrejn żmien biex jagħmlu dan.