L-NGO SOS Malta qiegħda tappella lil dawk li għandhom xi kutra żejda biex jagħtuha lil min m’għandux saqaf fuq rasu.
L-għaqda rrikorriet għal Facebook biex tappella għall-ġenerożità tal-Maltin u l-Għawdxin. Hija ħeġġithom biex iħennu għal dawk fil-bżonn u qalet li l-pubbliku jista’ jgħin biex il-lejl ikun inqas kiesaħ għal dawk li m’għandhomx fejn jorqdu.
Jekk tixtieq tagħmel donazzjoni tista’ tmur bil-kutri f’dan l-indirizz: 10, Triq il-Ward, Santa Venera, jew tagħmel donazzjoni online hawnhekk.