Jekk għandek kelb jew qattus….taf x’jgħid dwarek?

Dawk li d-dar għandhom ħuta bħala pet huma l-aktar kuntenti, filwaqt li s-sidien tal-klieb huma l-isbaħ kumpanija.
Studju li sar fl-Università ta’ Leicester fir-Renju Unit jiżvela kif l-annimali domestiċi jirriflettu l-personalità ta’ sidhom.
Min id-dar għandu qattus, x’aktarx ikun aktar dipendenti u sensittiv.
Dawk li jħobbu l-klieb huma 15%  aktar soċjevoli, 13% aktar raġonevoli u 11% aktar kuxjenzużi.
Dawk li jippreferu l-qtates huma 12% iktar sensittivi u 11% iktar sinċieri mis-sidien tal-klieb.
L-istudju juri wkoll li żgħażagħ li juru konfrontazzjoni, jippreferu klieb aggressivi.
Hemm tendenza li sidien tal-klieb ikunu aktar f’saħħithom u jifilħu aktar għall-istress ta’ kuljum, għandhom stima għolja tagħhom infushom u ma jbatux daqstant b’dipressjoni.
Barra minn hekk, jixtru aktar ikel tajjeb għas-saħħa għall-klieb tagħhom milli għalihom infushom.