Jekk għandek bħalhom tużahomx!

Id-Direttorat għas-Saħħa Pubblika, qed iwissi lill-konsumatur biex ma jużax dawn il-prodotti minħabba l-materjal perikoluż li bih huwa magħmul, li jaf jispiċċa fl-ikel.

Deskrizzjoni tal-prodott: Sett ta’ għodda tal-kċina ta’ ħames biċċiet

Ditta: Urban Living

Numru tal-barcode: 5414883005659

Oriġini: Ċina

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-14:30 jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt.

Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab ġewwa Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera.

Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook jew is-sit uffiċjali għal informazzjoni simili.