Jekk għadek tixtieq toħloq tbissima…

Għalkemm spiċċat il-Maratona Oħloq Tbissima, wieħed xorta għadu fiċ-ċans li jagħti l-kontibut tiegħu billi jċempel:

51602004 għal €10

51702007 għal €15

51802009 għal €25

51902080 għal €50

SMS 50618099 għal €4.66

Pledge line: 21445544 (għal donazzjonijiet ta’ €100 jew aktar)

Tista’ tagħti wkoll id-donazzjoni tiegħek fuq is-sit elettroniku t’Oħloq Tbissima.

Sal-aħħar tal-maratona inġabru €164,067 kif ukoll imtela kontejner mimli b’ikel u affarijiet oħra bżonnjużi li fi ftit jiem oħra se jkunu fi trieqthom lejn il-Peru.

Il-flus miġbura se jintużaw biex il-missjunarji tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl ikunu jistgħu jkomplu bil-proġetti li diġà bdew, kif ukoll jibdew oħrajn ġodda kemm f’Dar San Ġużepp f’Santa Venera kif ukoll fil-Peru, fil-Pakistan u fil-Filippini.