Jekk bla Messenger mhux waħdek

Jekk illejla pruvajt tibgħat messaġġ fuq il-Facebook Messenger u ma rnexxilekx tinkwetax.
Dan hekk kif fl-aħħar siegħa l-app tal-messaġġi ta’ Facebook waqfet taħdem għal kollox minħabba ħsara teknika.
Għalkemm ir-raġuni għadha mhix magħrufa, jidher li l-ħsara qed taffettwa utenti żinn madwar id-dinja kollha.
Eluf ta’ rapporti fuq is-sit downdetector.com jindikaw li l-problema hi globali.
Sintendi jekk mhux jaħdimlek il-Messenger dejjem tista’ tuża Whatsapp minflok.