Jekk bi ħsiebek tgħaddi mill-Marsa-Ħamrun Bypass illejla…

Transport Malta ħarġet avviż li llejla se tibda l-ewwel fażi t’asfaltar fi Triq is-Sebħ li tifforma parti mill-Marsa-Ħamrun Bypass.
Skont stqarrija minn Transport Malta, ix-xogħol li se jibda fit-8pm u jibqa’ għaddej sal-5am, se jkun qed jgħalaq parti mit-triq fid-direzzjoni lejn il-mini ta’ Santa Venera u lejn il-Marsa.
Ix-xogħol mistenni jkompli għaddej fl-iljieli ta’ wara.
Minkejja li t-triq se tkun magħluqa għat-traffiku waqt ix-xogħol, it-triq se tkun aċċessibbli għat-traffiku f’kull direzzjoni matul il-jum.
Transport Malta qed tħeġġeġ lis-sewwieqa biex jużaw toroq alternattivi u jsegwu d-direzzjonijiet, prekawzjonijiet u limit ta’ veloċità kif se jkunu mmarkati fuq is-sinjali tat-traffiku li se jitwaħħlu temporanjament fuq il-post.