Jekk allerġiku għall-karawett tiħux dan il-pesto

Id-Direttorat għas-Saħħa ħareġ avviż li fih iwissi lil min hu allerġiku għall-karawett biex ma jikkunsmax pesto tad-ditta Waitrose.

Fi stqarrija, id-Direttorat fi ħdan is-Sovritendenza tas-Saħħa Pubblika spjega li l-pesto tal-ħabaq u l-pesto tat-tadam aħmar tad-ditta Waitrose li jiżnu 190 gramma m’għandhomx jintużaw minn nies allerġiċi għall-karawett, peress li nstab li fihom karawett mhux imsemmi fuq it-tikketti.

L-avviż jgħodd għall-prodotti kollha, u mhux uħud b’dati ta’ skadenza partikolari.