Raġel Daniż li huwa Jehovah’s Witness intbagħat il-ħabs għal 6 snin mill-Qorti Russa għax sabitu ħati ta’ estremiżmu.
L-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti qed iqisu l-każ ta’ Dennis Christensen bħala test għal-libertà reliġjuża u bħala l-aħħar żvilupp fir-rivalità ta’ bejn il-Punent u l-Lvant.
Christensen huwa l-ewwel Jehovah’s Witness li qed jiġi mixli b’estremiżmu fir-Russja, għalkemm huwa wieġeb mhux ħati.