Jeħlisuha ħafif wara nirien f’residenza f’Santa Venera

Luke Zerafa

Ħadd ma ndarab hekk kif żvillupaw nirien f’residenza f’Santa Venera.

Il-każ ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li spjegat li l-inċident seħħ f’residenza f’Misraħ il-Barrieri għall-ħabta ta’ 12pm. Jidher li n-nar żviluppa f’kamra partikolari u kien ikkontrollat mill-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili.

Raġel li bela xi duħħan mar il-klinika għall-kura. Hu ma sofra l-ebda ġrieħi.