Jeħlisha ħafif wara li ttajjar f’San Ġiljan

Raġel ħelisha ħafif wara li ttajjar minn karozza f'San Ġiljan.
Il-każ seħħ għal ħabta tal-4.30pm qrib roundabout li tagħti għal-lukanda ewlenija f'San Ġiljan.
Fuq il-post marru l-pulizija kif ukoll ambulanza.
Il-pulizija kkonfermat ma' Newsbook.com.mt li r-raġel ma weġġax u għaldaqstant ma ttieħidx l-Isptar Mater Dei. 

Ritratt: MDT