Filmat: Teħlisha ħafif wara li nqalbet bil-karozza fl-Imsida

Sewwieqa rnexxielha toħroġ mill-karozza tagħha wara li kmieni waranofsinhar inqalbet bil-karozza fl-Imsida.

Newsbook.com.mt jinsab infurmat li l-inċident seħħ għall-ħabta tan-12.30pm meta s-sewwieqa inqalbet fuq is-saqaf tal-karozza fi Triq il-Kunċizzjoni.

Xhieda fuq il-post qalulna li l-mara ħarġet waħedha mill-karozza.

Fuq il-post kien hemm membri tal-protezzjoni ċivili, pulizija, u ambulanza.

Filmat: Christoph Schwaiger