Jeħlisha ħafif wara li jaqa’ minn fuq trakk f’barriera

Raġel waqa’ minn fuq trakk f’barriera fil-Mosta u ndarab ħafif.

Il-Qormi ta’ 66 sena waqa’ minn fuq trakk waqt li kien fuq xogħol ġo barriera fil-limiti tal-Mosta. Dan ġara fl-10.15am.

Huwa ttieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief.