Jeħlisha ħafif wara inċident f’Ħ’Attard

Ġuvni ta’ 20 sena minn Ħal-Lija weġġa’ ħafif f’inċident tat-traffiku li seta’ kellu konsegwenzi ferm iktar koroħ. L-inċident seħħ iktar kmieni llum għall-ħabta tas-1pm fi Triq Ħaż-Żebbuġ f’Ħ’Attard meta għal xi raġuni s-sewwieq tilef il-kontroll tal-karozza u baqa’ dieħel f’showroom li tinsab fl-istess triq.
Is-sewwieq ġie assistit minn membri tar-Rapid Intervention Unit waqt li l-pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.