Raġel ta’ 60 sena ma ndarabx b’mod gravi waqt inċident bil-mutur.
Kelliem għall-Pulizija qal lil Newsbook.com.mt li l-inċident ġara fit-7.45pm fi Triq l-Imġarr, ix-Xewkija, bejn mutur u vann.
Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex fejn irriżulta li għandu biss ġrieħi ħfief.
Il-vann kien misjuq minn raġel mir-Rabat ta’ 76 sena li ma jidhirx li kien ferut.