Jeħlisha ħafif raġel li ndarab f’ħabta f’Ħal Luqa

Raġel involut f’ħabta bejn żewġ karozzi f’Ħal Luqa dalgħodu ħelisha ħafif.

L-inċident ġara fis-7.20am fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa, bejn żewġ karozzi.

Waħda minnhom kienet misjuqa minn raġel residenti ż-Żurrieq, li għandu 49 sena, u l-oħra minn raġel li joqgħod il-Belt Valletta u li għandu 43 sena.

Dak li joqgħod iż-Żurrieq ittieħed l-isptar b’ambulanza, fejn aktar tard irriżulta li għandu ġrieħi ħfief.