Jeħlisa ħafif wara li tilef il-kontroll tal-mutur fil-Mosta

Malta Police Force

Raġel ndarab ħafif wara li tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq fil-Mosta.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fi Triq San Pawl tal-Qliegħa fis-1.45am. Ir-raġel ta’ 45 sena mill-Mosta stess ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Skont ir-rapport, mal-inċident il-mutur laqat karozza li kienet ipparkjata fiż-żona.