Jeħlisa ħafif wara li jaqla’ daqqa ta’ sikkina fl-Imsida

Raġel sofra ġrieħi ħfief wara li qala’ daqqa ta’ sikkina fl-Imsida.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-każ seħħ fis-5.45am f’residenza fi Triq it-Torri.

Jidher li kien hemm argument bejn mara ta’ 26 sena mill-Iżvizzera u raġel ta’ 31 sena min-Netherlands. Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li ndarab ħafif.