Jeħilsuha ħafif wara li l-garaxx tad-dar ħa n-nar fl-Għarb

Mario Vella

Residenti ta’ dar fl-Għarb ħelsuha ħafif wara li żviluppaw nirien fil-garaxx tad-dar tagħhom.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma dan l-inċident ma’ Newsbook.com.mt u spjega li seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-6.45pm fi Triq Mungur.

Kien spjegat li l-Pulizija nzertaw li kienu għaddejjin mit-triq u raw id-daħna ħierġa mill-garaxx. Huma talbu l-għajnuna tas-CPD li kkontrollaw in-nirien. Jidher li kien hemm xi persuni fir-residenza fil-ħin tal-inċident iżda dawn kollha ħarġu. B’hekk, ħadd ma ndarab kawża tal-inċident.

Il-kelliem spjega li jidher li n-nirien żviluppaw minn ħsara f’apparat li kien qiegħed fil-garaxx.