Filmat: Jeħilsu ‘l fuq minn 700 gamiema fis-selvaġġ

Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti ħelsu ‘l fuq minn 700 gamiema li kienu tnisslu fil-magħluq minn diversi membri tal-istess Federazzjoni.
Il-gamiema ġew rilaxxati lbieraħ mir-ranges tal-isparar fiż-Żebbuġ.
F’Mejju tas-sena li għaddiet, l-FKNK kienet ħelset iktar minn 400 gamiema mill-Buskett.
L-għan tal-proġett Tnissil fil-Magħluq u Rilaxx ta’ Gamiem huwa r-ripopolazzjoni tal-gamiem fis-selvaġġ.
Għall-attività tal-bieraħ kien hemm preżenti l-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana u s-Segretarju Parlamentari għall-Biedja u s-Sajd Clint Camilleri. Huma tellqu gamiema kull wieħed.