Jeħel multa talli għajjar lill-Ministru Joe Mizzi fuq Facebook

Raġel ta’ 59 sena mill-Birgu weħel €7,000 multa talli għajjar u mmalafama lill-Ministru Joe Mizzi fuq Facebook.
Fl-2015 huwa kien akkuża lil Mizzi korrott u kiteb kliem dispreġjattiv dwaru.
Huwa kien ilmenta li t-triq tiegħu kienet qed iddum biex titlesta,filwaqt li triq oħra viċin tiegħu kien għaddej ix-xogħol b’mod frekwenti biex titlesta fil-ħin għall-wasla tar-Reġina Eliżabetta.
Huwa tefa’ t-tort fuq il-Ministru Mizzi.
Il-Maġistrat Francesco Depasquale qal li minkejja r-raġel iddispjaċih għal dak li kiteb baqa’ ma talabx appoloġija.
Hija sabitu ħati minkejja li kien neħħa l-kumment.