Jeħel multa ta’ €2,000 u jeħdulu l-liċenzja għal ħajtu

Raġel weħel multa ta’ €2,000 u tteħditlu għal għomru l-liċenzja tal-kaċċa u l-insib. Dan wara li nstab ħati jonsob b’mod illegali f’Novembru tas-sena l-oħra.
Fi stqarrija, il-CABS qalet li waqt li kienu ħerġin mill-Qorti, ir-raġel għajjar u hedded lix-xhieda prinċipali, ħaddiema tal-CABS, hi u sejra lura lejn il-karozza.  Il-Pulizija ġew infurmati b’dan l-inċident.
Fl-istess stqarrija l-CABS li diġà kienu kkundanaw il-ftuħ tal-istaġun tal-insib fil-ħarifa, qallu li nfurmaw lid-dipartiment tal-Gvern li jirregola l-għasafar slavaġ (WBRU) b’177 mansab f’żoni fejn l-insib huwa projbit.
Il-CABS qalu li huma provdew il-post eżatt fejn jinsabu biex b’hekk ikunu jistgħu jinvestigaw ir-rapporti tagħhom. Huma offrew ukoll jibagħtu evidenza fotografika.
Skont il-CABS, iċ-Ċermen tal-WBRU, Sergei Golovkin, weġibhom u argumenta li l-WBRU mhix f’pożizzjoni li tifrex iktar il-ftit riżorsi li għandha. Qal ukoll li jsiru spezzjonijiet fuq il-post kuljum.
Il-CABS stqarrew li ma jistgħux jifhmu għaliex il-WBRU rrifjutaw li jieħdu passi. Żiedu jgħidu li jafu li dawn mhux iżuru l-imnasab.
Saħqu li se jgħaddu r-rapporti tagħhom lill-Awtorità tar-Riżorsi u l-Ambjent (ERA) u se jitolbu investigazzjoni indipendenti.
Ritratt: CABS