Filmat: Jeħel il-ħabs wara serqa f’Birkirkara

Persuna intbagħtet il-ħabs u ġiet immultata €118 wara li ammettiet li kellha fil-pussess tagħha raża tal-Kannabis, arma bil-ponta mingħajr liċenzja kif ukoll li serqet.

Fil-filmat jidher l-arrest tat-Tuneżin fil-wied ta’ Birkirkara l-bieraħ wara nofsinhar.

It-Tuneżin ġie mressaq quddiem il-Qorti aktar kmieni dalgħodu.

Huwa ammetta l-akkużi miġjuba kontrih u b’hekk ingħata sentenza ta’ priġunerija.