Jeħel €7,800 talli stad għal-lampuki qabel iż-żmien

Andrew Azzopardi ta’ 58 sena mix-Xewkija ġie mmultat is-somma ta’ €7,800 wara li fil-Qorti ammetta li mar jistad u qabad il-lampuki qabel il-ftuħ tal-istaġun.
Azzopardi ammetta wkoll li għamel użu minn tagħmir biex jiġbed l-attenzjoni tal-lampuki għas-sajd, meta dan huwa pprojbit.
Is-sajd illegali kienet tammonta għal €700.