Jeħel €3,000 l-Ingliż li ħabat bil-karozza ma’ Ċensu Galea u Frederick Azzopardi

L-Ingliż li l-ġimgħa li għaddiet ħabat bil-karozza ma’ żewġ  Membri Parlamentari weħel multa ta’ €3,000.
James Malcolm Towers li joqgħod il-Pietà kien akkużat li saq perikolużu bmod eċċessiv, li kien bla liċenzja u polza ta’ assigurazzjoni.
Involuti fl-inċident kien hemm id-deputati Nazzjonalisti Ċensu Galea u Frederick Azzopardi.
Towers kien ukoll akkużat li telaq minn fuq il-post tal-inċident mingħajr ma ta d-dettalji tiegħu u kkawża €1,400 f’danni lill-karozza ta’ Azzopardi.
Wara l-ħabta, l-Ingliż niżel mill-karozza u beda jargumenta maż-żewġ deputati li weġġgħu ħafif.