Jeħel 6 snin ħabs, jingħata l-maħfra xahar wara

REUTERS/Samrang Pring/File Photo

Direttur tal-films Awstraljan wasal lura f’Sydney wara li ingħata l-maħfra mir-Re tal-Kambodja wara li kien mogħti sentenza ta’ sitt snin ħabs għal spjunaġġ minħabba li tajjar drone fuq manifestazzjoni li kienet għaddejja.

James Ricketson, ta’ 69 sena kien misjub ħati x-xahar li għadda ta’ spjunaġġ u kkolezzjonar ta’ informazzjoni li tista’ tagħmel ħsara lin-nazzjon tal-Kambodja. L-arrest tiegħu, li seħħ f’Ġunju 2017 seħħ wara li tajjar d-drone tiegħu fuq rally li kienet organizzata mill-Oppożizzjoni Nazzjonali tal-Kampanja Nazzjonali tas-Salvataġġ (CNRP).