Jeħel 44 xahar ħabs wara numru ta’ serqiet

Raġel intbagħat 44 xahar ħabs wara li nstab ħati li wettaq numru ta’ serqiet minn diversi lokalitajiet f’Ottubru. Ħareġ li seraq oġġetti b’valur ta’ aktar minn €20,000.

Avtandil Rusia li għandu 37 sena u huwa mill-Georgia, instab ħati b’serqiet minn diversi residenzi f’Ħaż-Żebbuġ, San Ġwann, Rabat, Tas-Sliema, Ħ’Attard, Ħal Qormi u s-Swieqi bejn is-17 u d-29 ta’ Ottubru tal-2019.

Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Joseph Mifsud qalet li min ikun imsejjaħ biex jiġġudika m’għandux iħares biss l-interessi tal-persuna kkundannata, imma l-interessi tal-vittma jew vittmi tar-reat u s-soċjetà in ġenerali. Dan iseħħ billi  tingħata piena li tassigura li tnaqqas reati oħrajn simili u li twassal għar-rijabilitazzjoni u r-riforma tal-ħati.