Jeħel 3 ijiem ħabs għax ta daqqa ta’ ponn lil tfajla li rrifjutatu

Raġel weħel il-ħabs għal tlett ijiem wara li ammetta li ta daqqa ta’ ponn lil tfajla f’Paceville.

L-Alġerin ta’ 30 sena, li hu baħri, wieġeb ħati li kmieni s-Sibt filgħodu, refa’ jdejh fuq tfajla Pollakka wara li ttantaha u din irrifjutatu. Huwa kien xurban meta ġara dan, u fil-qorti, talab skuża tal-aġir tiegħu.

Il-baħri niżel l-art fl-aħħar jiem minkejja li l-bastiment tas-sajd li jaħdem fuqu ilu sorġut f’Malta għal dawn l-aħħar ġimagħtejn.