Jeħdulu l-bieba tal-karozza wara li pparkja ħażin

Maltese Roads Traffic Updates

Sewwieq ta’ karozza spiċċa bil-bieba ħerba wara li pparkja fuq linji doppji sofor fit-terminal tal-Valletta Waterfront.

Ir-ritratt li ġie ppubblikat fuq il-paġna ta’ Facebook Maltese Roads Traffic Updates spiċċa b’numru ta’ kummenti fuqu fejn bosta kienu dawk li sostnew li s-sewwieq ħa dak li ħaqqu.