Jegħrqu 90 immigrant; 10 katavri max-xatt

Huwa maħsub li għerqu 90 migrant wara li nqalbet dgħajsa 'l bogħod mill-kosta Libjana, skont l-Aġenzija tan-Nazzjonijiet Magħquda għall-Immigrazzjoni.
Tlieta li salvaw qalu li ħafna minn dawk li għerqu huma mill-Pakistan, iżda dan għadu ma kienx ikkonfermat.
Fi stqarrija l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Immigrazzjoni (IOM) qalet li 10 iġsma bla ħajja spiċċaw fuq ix-xatt.
Kelliem qal li n-numru ta' nies mill-Pakistan li jippruvaw jieħdu din ir-rotta perikoluża biex jaslu l-Italja qed jiżdied.