Aġġornata: AFM tibgħat ajruplan biex jassisti fit-Tuneżija

Ajruplan tal-Forzi Armati ta’ Malta assista f’ħidma ta’ salvataġġ hekk kif dgħajsa għerqet madwar 40 mil nawtiku fin-nofsinhar tal-kapitali Tuneżina.

Minn tal-inqas 70 immigrant għerqu filwaqt li 16 oħra salvaw. Kelliema għall-Forzi Armati ta’ Malta kkonfermat li ntbagħat ajruplan tat-tip King Air Fixed Wing. Rapporti fil-midja internazzjonali qalu li minn Malta ntbagħat ħelikopter.

Dawk li salvaw qalu li telqu minn Zuwara fil-Libja lbieraħ u ġew affaċċjati minn mewġ qawwi. Huma ġew salvati mill-Forza Navali Tuneżina. Waħda minnhom ittieħdet l-isptar għall-kura.

Il-UNHCR qalet li madwar 164 persuna mietu bejn il-Libja u l-Ewropa bejn Jannar u April ta’ din is-sena