Jegħrqu 2 dgħajjes; imutu 44 persuna

Total ta’ 44 immgirant tilfu ħajjithom f’żewġ inċidenti separati wara li d-dgħajjes li kienu fuqhom bdew jegħrqu.
Fl-ewwel każ kien hemm 35 vittma wara li d-dgħajsa li bdew jippruvaw jaħarbu fuqha għerqet viċin il-kosta tan-nofsinhar tat-Turkija.
67 persuna oħra ġew salvati mill-gwardjani tal-kosta.
Skont uffiċjali tas-sigurtà, id-dgħajsa kienet mimlija b’madwar 180 immigrant, bi 80 minnhom ġejjin minn pajjiżi Afrikani oħra.
Fil-każ l-ieħor mietu disa’ persuni, sitta minnhom tfal wara li d-dgħajsa li kienu fuqha bdiet tegħreq. Id-dgħajsa kienet qed iġġorr fiha 15-il refuġjat u bdiet tegħreq fin-nofsinhar tal-provinċja ta’ Antalya fit-Turkija.
Ħames persuni ġew salvati mill-gwardjani tal-kosta u xi sajjieda.
It-Tuniżja saret ċentru għat-traffikar tal-umani għall-Ewropa.
Tuneżini u persuni mill-Afrika li ma jkollhomx impjieg ġeneralment jippruvaw jaħarbu f’dgħajjes mit-Tuneżija għal Sqallija jew l-Italja.